Il-Hadd, 27 ta’ Novembru, 2011 - INTERVISTA
Artist minn kull dimensjoni
Natasha Turner tintervista lil Hilary Spiteri
L-arti, il-muzika u l-fotografija huma l-akbar passjonijiet tieghu. Ghalkemm fit-tlieta li huma ha tahrig differenti, hu jhoss li huma tliet dixxiplini li jmorru hafna ma’ xulxin u li joffrulu spunt ta’ ispirazzjoni kontinwa. Ghandu wkoll passjoni kbira lejn it-taghlim u l-istorja tal-arti. Il-professjoni ta’ Hilary Spiteri – dik ta’ ghalliem – izzommu f’kuntatt mad-dinja ta’ madwaru filwaqt li l-istudenti tieghu jimlewh bil-hegga u l-kuragg biex ikollu hidma dejjiema. Is-suggett li hu tant ghal qalbu u li specjalizza fih jittratta l-arti akkademika prodotta fl-ewwel zminijiet tal-perjodu Ingliz f’Malta. Din ir-ricerka wasslitu biex jaghmel xi mawriet barraminn Malta biex jirricerka, specjalment f’Ruma. Fil-bidu ta’ dan ix-xahar ippubblika ktieb dwar ir-ricerki tieghu,bl-isem Academic, Artistic Training in Early British Malta.
Xi tghidilna dwar il-pubblikazzjoni l-gdida tieghek?
Il-ktieb jismu Academic Artistic Training in Early British Malta, prodott mill-Allied Publications. Dan joffri studju dettaljat fuq il-pedagogija akkademika artistika li kienet offruta f’Malta fl-ewwel sittin sena tal-hakma kolonjali Ingliza(1800-1860). Dan il-ktieb hu l-ewwel produzzjoni Maltija li tittratta b’mod dettaljat it-taghlim tal-arti fl-ewwel zminijiet tal-Inglizi f’Malta.
Ir-ricerka li wettaqt tul l-ahhar snin ma kinitx facli. Grazzi ghall-appogg u l-ghajnuna li sibt mill-ghalliema u mill-kollegi, fosthom il-Professur Mario Buhagiar, il-Kap tad-Dipartiment tal-Istorja tal-Arti fl-Università ta’ Malta, u l-hidma kontinwa permezz tar-ricerka f’dokumenti originali, kemm f’Malta kif ukoll f’pajjizi ohra barra minn xtutna (Ruma u Londra), irrnexxieli nifforma stampa cara tal-istabbilimenti ewlenin f’Malta li kienu joffru l-mezzi didattici artistici u min kienu l-ghalliema, l-istudenti u l-artisti fl-ewwel nofs tas-seklu dsatax.
Il-ktieb joffri passagg ta’tliet stadji storici li ghadda minnhom pajjizna: it-tmiem tal-hakma tal-Ordni ta’ San Gwann, il-wasla tal-Francizi u l-irvellijiet tal-Maltin li wasslu ghall-hakma Ingliza.Din il-qalba halliet impatt qawwi fuq diversi aspetti, fosthom dawk politici u socjali. Fil-ktieb hemm spjegat b’certa reqqa, il-perijodu tat-transizzjoni li ghadda minnu l-istabbiliment edukattiv Malti.
It-twaqqif tal-Iskola tad-Disinn fi hdan l-Università ta’Malta – li kienet taht it-tmexxija tal-Kanonku Francesco Saverio Caruana – kienet rivelazzjoni ghall-istudenti Maltin li kellhom ghal qalbhom l-arti u l-industrija. Persunaggi maghrufa fl-istorja tal-arti Maltija, fosthom Michele Busuttil, Giorgio Pullicino, Pietro Paolo Caruana, Raffaele Caruana, MicheleBellanti, Giuseppe Calleja u Giuseppe Calì taw kontribut qawwi f’din l-iskola fejn iggwidaw lill-istudenti Maltin biex imorru jistudjaw l-arti f’akkademji rinomati barra minn xtutna u jaghtu gieh lil pajjizhom. Il-ktieb jittratta diversi elementi relatati mad-didattika artistika.
Elementi mportanti hafna msemmi hul-introduzzjoni tal-Iskola tan-Nudo fi hdan l-istess Skola tad-Disinn. Aktar ’il quddiem, f’wiehed mill-kapitli, hemm prezentat studju dwar l-istatwi tal-gibs li jinsabu fl-iskola tal-arti kif ukoll fil-bini tal-Università l-Antika, il-Belt Valletta. Dawn l-istatwi kienu manifatturati u migjubin mill-Ewropa u jafu l-ewwel uzu taghhom propju fl-Iskola tad-Disinn. Ma jonqosx li nsemmi l-istudenti li attendew l-Iskola tad-Disinn. Infatti, rapprezentati wiehed isib mixeghla ta’ disinji maghmula mill-istess studenti Maltin, prizervati fil-Muzew tal-Arti, il-Belt Valletta, fejn jakkumpanjahom hemm studju relatat.
X’messaggi trid twassal bl-arti tieghek?
Personalment ma ghandix hafna pretensjonijiet ghall-arti tieghi. Qatt ma kelli f’mohhi li bl-arti tieghi nohloq xi rivoluzzjoni jew tibdil fid-dinja ta’ madwari. Ghaldaqstant dejjem infittex lix-xoghol tieghi jkun ricerkat kif jisthoqq u li jsir b’certu livell gholi ta’ dedikazzjoni. Jiena nfittex li bl-arti tieghi nohloq tbissima u esperjenza ta’ kulur. Uhud mill-aktar kummenti gratifikanti li qatt ircivejt fuq ix-xoghol tieghi kienu li l-kuluri huma vivaci u l-kompozizzjoni li nohloq inisslu sens ta’ ferh u tbissima f’dak li jkun. Dan ghalija jfisser hafna, ghaliex il-kwadru tieghi jkun wasal biex jolqot il-karattru emottiv ta’dak li jkun espost ghalih.
Hemm xi nies li influwenzawk, u b’liema modi?
L-involviment tieghi fid-dinja tal-Istorja tal-Arti wassalni biex insir naf hafna aktar fuq artisti varji minn diversi perjodi tal-Istorja tal-Arti. Ghaldaqstant, zewg artisti li tassew jaffaxxinani x-xoghol taghhom huma Rembrandt u J.M.W. Turner. Il-kwalità tat-tessut, kif ukoll il-manipulazzjoni taz-zebgha taz-zejt fil-kwadri ta’ Rembrandt joffru spettaklu ghall-ghajn li mhux ta’ min jitilfu. Min-naha l-ohra, il-freskezza u l-ambjent atmosferiku li Turner jimmortalizza fix-xeni pittorici tieghu jittrasportawni f’dinja kulurita kompletament estranea ghalija.Fuq bazi lokali jattirani hafna d-disinn metikoluz u meqjus tal-artist Emvin Cremona. Barra minn hekk, l-ahhar u mhux l-inqas, artist lokali li tassew halla impatt qawwi fuqi hu Charles Cassar, li kontinwament jarrikkixxi l-karattru artistiku tieghi b’ispirazzjoni immaginattiva u b’forom kuluriti.
Tahseb li l-Maltin japprezzawha bizzejjed l-arti?
Il-poplu Malti hu poplu msawwar, sa minn zmien missirijietna, minn ghagna kulturali qawwija – naturalment, kulhadd fuq il-livell personali tieghu. Personalment inhoss li ghalkemm il-poplu Malti ghamel passi ta’ ggant fejn jidhol l-apprezzament artistiku, nahseb li fadal hafna xi jsir fejn tidhol l-edukazzjoni artistika. Jien inhoss li f’Malta l-edukazzjoni artistika hi sottovalutata, bil-kosegwenza li t-tahrig artistiku ingenerali fl-iskejjel Maltin jitqies fuq livell inferjuri jew vokazzjonali. Jiena nemmen li d-dixxiplina artistika, fuq diversi livelli, issawwar bniedem denju tal-istorja li ssawru u tat-twemmin li hu jhaddan!
Xi jdejqek jew xi jweggghek l-aktar fis-socjetà?
Is-socjetà ta’ madwari toffri bosta opportunitajiet. Ghaldaqstant jien ninsab imwegga’ minn sitwazzjoni ta’ menefregizmu (terminu li nhobb nuza hafna u li jfisser:“kulhadd jigi jaqa’ u jqum minn kollox”) li dan l-ahhar sar fenomenu komuni fiz-zghazagh, mhux biss Maltin imma anki globalment. Dan qed iwassal biex qed tkun generata atmosfera ta’nuqqas ta’ interess u hegga,dominata minn uzu abbuziv tad-dinja elettronika. Min-naha l-ohra, fuq livell lokali, jien ninsab urtat fuq in-nuqqas ta’ trasparenza f’kull livell tas-socjetà Maltija, lithaddan dan il-kuncett b’certa sahha. Mhuwiex facli li f’dan l-ambjent wiehed jirnexxi bil-progetti tieghu.
X’tixtieq l-aktar f’hajtek?
Hemm hafna affarijiet materjali li wiehed ikun jixtieq f’hajtu, fosthom is-success, ir-reputazzjoni u l-istabbiltà socjali. Ghalkemm, sincerament, inkun qed nonqos jekk ngnid li ma nixtieq xejn minn dan. Biss, nahseb li l-aktar li nixtieq huma affarijiet dejjiema, bhall-kuntentizza interna, li nemmen li twassal ghall-ispirazzjoni dejjiema, il-mutur / muza tal-artist. L-aktar haga li nixtieq fuq bazi lokali hi li l-element zaghzugh jinghata aktar cans ghall-espressjoni u iktar opportunitajiet biex wiehed javvanza u jesponi l-potenzjal tieghu. Inhoss li Malta tkun qed titlef meta diversi individwi jistabbilxxu ruhhom b’success barra minn xtutna minhabba li l-kwalitajiet eccellenti taghhom ma jkunux gew apprezzati, anzi spiccaw imwarrbin.
Ghal aktar informazzjoni dwar dan l-artist,wiehed jista’ jzur:
www.hilaryspiteri.com
www.hilaryspiteri.blogspot.com